|
Rebha difficli izda ferm importanti ta' Naxxar Lions li komplew jaqsmu l-ewwel post fil-klassifika flimkien ma' Zejtun Corinthians biex issa kollox jindika li l-konfront ta' bejniethom jista jkun decisiv ghar-rebh tas-sezzjoni.
Naxxar damu ma ssetiljaw izda mal-hin huma hadu l-loghba f'idejhom u fis-16 il minuta resqu ferm vicin permezz ta' Gilbert Camilleri.
Tliet minuti wara l-goalkeeper ta' Kirkop, Mark Farrugia salva b'diffikulta f'corner biex cahhad lil Justin Zammit u fil-25 minuta kkrosja Victor Bellia lejn Darren Falzon li b'daqqa ta' ras impenja lil Farrugia.
Man-nofs siegha loghob marru vicin Kirkop fuq tentattiv ta' Josef Attard u ftit wara Naxxar dehru li skurjaw b'daqqa ta' ras ta' Darren Falzon izda Farrugia ghamel intervent mill-isbah u b'xi mod salva.
Komplew jinsistu n-Naxxarin li minuta qabel il-mistrieh rebhu free-kick li minnu Kevin Fenech impenja severament lil Farrugia. Minuta fuq il-hin regolamentari Naxxar hadu l-vantagg minn penalty moghti ghal-foul fuq Victor Bellia u skurjat mill-iskorer prolifiku taghhom Darren Falzon.
Ghat-tieni taqsima hargu tajjeb Kirkop li appena ghaddew hames minuti impenja lill-goalkeeper Naxxari David Vella fuq xutt mill-boghod ta' Conrad Zammit. Minuta wara Naxxar fallew bi ftit permezz ta' Kevin Fenech u fis-56 minuta kien Justin Zammit li minn tard il-kaxxa l-kbira kkonkluda ftit barra.
Mal-hin Kirkop bdew jaqsmu l-loghob u kien Michael Theuma li resaq vicin b'xutt minn angolu difficli li intemm ftit barra.
Regghu kienu vicin Kirkop b'Josef Attard minn taht il-lasti jixhet gholi biex lejn tmiem il-loghba kien hemm incident fuq il-bank tas-sostituti ta' Kirkop u gie muri l-karta l-hamra Tonio D'Amato.
Kirkop United: M.Farrugia, B.Falzon, J.Attard, A.Busuttil, E.Caruana, T.Bonnici, B.Buhagiar (L.Zammit), C.Zammit, H.Farrugia, M.Theuma, M.Aquilina
Naxxar Lions: D.Vella, J.Agius, K.Fenech (R.Schembri), J.Zammit (G.Magri), M.Spiteri Gonzi, G.Camilleri, D.Falzon (A.Farrugia), A.Fenech, V.Bellia, A.Catania, K.Farrugia
Referi: Mitchell Scerri
|