|
Naxxar Lions zammew il-pass ma' Zejtun Corinthians b'rebha kontra Kirkop United, loghba deciza fi tmiem l-ewwel taqsima minn penalti skurjat minn Darren Falzon. Kirkop taw prestazjoni tajba izda hassew in-nuqqas ta' l-attakant taghhom Christian Mifsud li kien sospiz.
Naxxar Lions gawdew l-inizzjattiva matul l-ewwel taqsima u fis-16-il minuta kien hemm daqqa ta' ras ta' Gilbert Camilleri li gie devjat f'korner.
Imbaghad kien il-gowlkiper ta' Kirkop Mark FArrugia li f'zewg okkazjonijiet ghamel interventi difficli biex cahhad lil Justin Zammit u Darren Falzon biex fit-30 minuta Kirkop fallew okkazjoni favorevoli permezz ta' Josef Attard.
Zewg minuti wara Farrugia ghamel sejf stupend biex cahhad gowl cert lill-attakkant Naxxari Darren Falzon u lejn tmiem l-ewwel taqsima Farrugia rega' salva b'diffikulta fuq frikik ta' Kevin Fenech
Fil-hin moghti zejjed Naxxar kisbu penalti ghal-fowl fuq Victor Bellia u mill-hdax il-metru Darren Falzon ma zbaljax.
Wara l-intervall kienu Kirkop li holqu l-ewwel azzjoni b'xutt ta' Conrad Zammit isib attent lil David Vella li salva.
Wiegbu Naxxar li kellhom tentativi ta' Kevin Fenech u Justin ZAmmit li spicca ftit barra biex mas-siegha loghob Kirkop kienu ferm vicdin il-gowl tad-dro b'tentattiv ta' Michael Theuma bid-difiza Naxxarija tikklerja b'diffikulta.
Fit-80 minuta Kirkop fallew okkazjoni favorevoli permezz ta' Josef Attard u sitt minuti mit-tmiem tkecca minn fuq il-bank tas sostituti ta' Kirkop Tonio D'Amato.
Kirkop United: M.Farrugia, B.Falzon, J.Attard, A.Busuttil, E.Caruana, T.Bonnici, B.Buhagiar (L.Zammit), C.Zammit, H.Farrugia, M.Theuma, M.Aquilina
Naxxar Lions: D.Vella, J.Agius, K.Fenech (R.Schembri), J.Zammit (G.Magri), M.Spiteri Gonzi, G.Camilleri, D.Falzon (A.Farrugia), A.Fenech, V.Bellia, A.Catania, K.Farrugia
Referi: Mitchell Scerri
|