|
It-team ta' Alex Delia, Naxxar Lions, kiseb rebha difficli kontra Santa Lucia, rebha li poggietu fl-ewwel post flimkien ma' Zejtun Corinthians b'27 punt minn hdax-il partita. Wirja pozittiva mit-team ta' Santa Lucia.
L-ewwel taqsima kienet tal-Lions li fethu pressjoni kontinwa fuq il-lasti tas-Saints. Appena ghaddew hames minuti, Naxxar fallew bi ftit permezz ta' Adrian Fenech biex fl-ghaxar minuta salva b'diffikula Fulvio Azzopardi fuq konkluzjoni tal-istess Fenech. Imbaghad il-goalkeeper tas-Saints rega' kien protagonista f'zewg okkazjonijiet meta b'saves difficli cahhad lil Gilbert Camilleri u Justin Zammit. Sal-mistrieh, Naxxar kellhom free-kick ta' Gilbert Camilleri u xutt ta' Adrian Fenech li spiccaw ftit gholi.
Ghat tieni taqsima regghu hargu tajjeb in-Naxxar li appena ghaddew zewg minuti kellhom xutt nofs dawra ta' Victor Bellia bil-ballun jispicca ftit gholi.
Fil-50 minuta l-attakant ta' Santa Lucia, Gilbert Grech gie anticipat minn difensur Naxxari qabel seta jikkonkludi u sitt minuti wara free-kick insidjuz ta' Christian Camilleri kien salvat b'diffikulta minn David Vella.
Fit-63 minuta Naxxar zblukkaw ir-rizultat b'xutt fil-baxx ta' DARREN FALZON fuq free-kick qasir ta' Gilbert Camilleri biex tmien minuti wara l-istess Falzon falla okkazjoni mill-aktar facli. Sat-tmiem Naxxar ikkontrollaw il-loghba f'nofs il-ground biex irnexxielhom izommu l-vantagg prezzjuz taghhom.
Naxxar Lions: D.Vella, J.Agius, K.Fenech (S.Muscat), J.Zammit (A.Farrugia), M.Spiteri Gonzi, G.Camilleri, D.Falzon (G.Magri), A.Fenech, M.Debono, R.Schembri, V.Bellia
Santa Lucia: F.Azzopardi, J.Galea, M.Agius, A.Sapiano (K.Grima), C.Camilleri, Q.Mercieca, G.Grech, E.Dalli, K.Agius (J.Woodhead), J.Grima, H.Friggieri (A.Brignone)
Referi: Jude Utulu
|