L-Orizzont [2010-02-03]
Gudja United 1-2 Naxxar Lions

Zewg goals ta' Falzon jergghu jpoggu lil Naxxar fil-quccata


Din kienet rebha ferm importanti ghal Naxxar Lions fejn huma rnxxielhom idawwru telfa f'rebha b'zewg goals ta' Darren Falzon, wiehed f'kull taqsima biex regghu telghu wahedhom fl-ewwel post.

Appena ghaddew ftit sekondi mill-bidu tal-loghba Naxxar impenjaw lil Matthew Xerxen minn frikik b'sahhtu ta' Gilbert Camilleri izda fit-tieni minuta kienu Gudja li fethu l-iskor b'xutt ta' TREVOR THOMAS bil-ballun jahbat ma' sieq il-lasta u jispicca gewwa.

Kien hemm reazzjoni tal-Lions li fallew bi ftit permezz ta' Justin Zammit u Victor Bellia biex fil-15-il minuta kienet il-lasta li cahdithom fuq konkluzjoni ta' Darren Falzon.

Fuq in-naha l-ohra Trevor Thomas kien vicin ghal Gudja b'Naxxar iwiegbu b'konkluzjoni ta' Justin Zammit li falliet bi ftit.

Fit-22 minuta Naxxar kisbu l-gowl meritat tad-dro b'DARREN FALZON b'daqqa ta' ras jeghleb lil Xerxen biex fil-13 minuta l-istess Falzon avvanza wahdu bix-xutt tieghu jigi salvat mill-gowlkiper ta' Gudja.

Sal-mistrieh Gudja irnexxielhom jikkontrollaw l-attakki kontinwi tan-Naxxarin.

Wara l-intervall Naxxar komplew igawdu l-inizzjattiva izda l-ewwel azzjoni holquha Gudja b'xutt ta' Trevor Thomas jispicca ftit gholi.

Fil-55 minuta Naxxar impenjaw severament lil Xerxen fuq konkluzjoni ta' Glen Magri u fuq in-naha l-ohra fallew okkazjoni favorevoli Gudja permess ta' Elvin Gauci.

Fl-64 minuta l-attakant ta Gudja Trevor Thomas b'xutt mill-boghod impenja lil David Vella u erba' minuti wara Naxxar fallew bi ftit fuq xutt angolat fil-baxx ta Ramon Schembri.

Fil-71 minuta Naxxar kellhom xutt b'sahhtu tas-sostitut Simon Muscat b'Xerxen isalva izda ma jzommx il-ballun u fil-vicin kien hemm DARREN FALZON li b'daqqa ta' ras mill-vicin sab ix-xibka.

Gudja naqsu li jaghmlu reazjoni biex fit-78 minuta Naxxar fallew bi ftit permezz ta' Gilbert Camilleri.

Tard fil-loghba Xerxen cahhad lil Naxxar minn gowl iehor meta mblokka fuq Glenn Magri b'Gudja jimpenjaw lil Vella minn frikik ta' Clifford Mangion.



Gudja United: M.Xerxen, J.Micallef, D.Bonnici, C.Mangion, J.Zahra (D.Agius), D.Burk (J.Mallia), A.Cutajar, E.Gauci (R.Debattista), A.Guazzo, E.Vella, T.Thomas

Naxxar Lions: D.Vella, J.Zammit (S.Muscat), A.Farrugia (J.Agius), M.Spiteri Gonzi, G.Camilleri, D.Falzon, A.Fenech, M.Debono (G.Magri), R.Schembri, V.Bellia, A.Catania

Referi: Thomas Debono