L-Orizzont [2010-01-26]
Xghajra Tornadoes 1-4 Naxxar Lions

Naxxar jitilghu fil-quccata b'rebha kbira fuq Xghajra


Wirja ohra sabiha ta' Naxxar Lions li dawru telfa f'rebha b'erba' goals fit-tieni taqsima. Naxxar telghu wahdehom fl-ewwel post, punt fuq Zejtun Corinthians li izda ghandhom loghba inqas

Naxxar Lions mill-bidu nett hargu fuq l-offensiva u fit-tmien minuta xutt ta' Gilbert Camilleri impenja severament lil Roderick Camilleri.

Ftit wara mar vicin Mario Debono u fl-20 minuta Debono ikkrosja lejn Camilleri bid-daqqa ta' ras tieghu tigi mblukkata fuq il-linja fatali.

Mal-hin Naxxar ziedu l-pressjoni fuq il-lasti opposti izda bdew isibuha difficli biex jippenetraw biex sa tmiem l-ewwel taqsima huma resqu vicin minn frikik ta' Gilbert Camilleri bil-goalkeeper ta' Xghajra jinnewtralizza. Xaghjra kienu ferm vicin il-gowl b'xutt djagonali ta' Alex Azzopardi li falla bi ftit.

Wara l-mistrieh, hargu tajjeb Xghajra li wara biss zewg minuti fethu l-iskor b'xutt ta' ALEX AZZOPARDI bil-ballun jahbat mal-lasta u jispicca gewwa.

Kien hemm reazzjoni rabbjuza tal-Lions li resqu vicin permezz ta' Victor Bellia u Gilbert Camilleri biex fl-54 minuta, xutt ta' Adrian Fenech gie devjat f'korner.

Tliet minuti wara Naxxar kellhom korner moghti minn Mario Debono u Gilbert Camilleri b'daqqa ta' ras laqat il-lasta biex fis-60 minuta huma kisbu l-gowl meritat tad-draw.

Kien hemm kross minn fuq il-lemin ta' Debono u GILBERT CAMILLERI b'daqqa ta' ras sab ix-xibka.

Fis-67 minuta, Naxxar hadu l-vantagg minn penalti moghti ghal-fowl fuq Glen Magri u skurjat minn DARREN FALZON.

Naxxar komplew jattakkaw u f'zewg okkazjonijiet impenjaw lill-gowlkiper tax-Xghajra fuq tentattivi ta' Gilbert Camilleri u Glenn Magri.

Fit-82 minuta Naxxar kellhom tentattiv ta' Andrea Farrugia li habat ma sieq il-lasta bil-ballun jigi ghand DARREN FALZON li mill-vicin sab ix-xibka avversarja.

Hames minuti mit-tmiem kien ADRIAN FENECH li b'xutt mill-isbah kiseb ir-raba' gowl Naxxari wara pass preciz ta' Gilbert Camilleri biex fil-hin moghti zejjed, l-istess Fenech ra xutt iehor tieghu jahbat mal-lasta.

Xghajra Tornadoes: R.Camilleri, M.Muscat (N.Attard), S.Galea, A.Muscat, N.Sciberras (J.Cini), D.Axisa (L.Mallia), F.Mizzi, J.Camilleri, B.Magro, F.Galea, A.Azzopardi

Naxxar Lions: B.Attard, K.Farrugia (A.Farrugia), K.Fenech (Glen Magri) (J.Zammit), M.Spiteri Gonzi, G.Camilleri, D.Falzon, A.Fenech, M.Debono, R.Schembri, V.Bellia, A.Catania

Referi: Jude Amin Utulu