|
Rebha meritata ghal Naxxar Lions f'loghba li huma ddettaw ghal-hin twil biex huma telghu fit-tieni post fil-klassifika, zewg punti wara l-liders Attard..
Qrendi sofrew ir-raba' telfa stagjonali. Protagonista assolut kien l-attakant Naxxari Gilbert Camilleri li dahal bhala sostitut fit-tieni taqsima u kiseb erba' gowls.
Naxxar iddominaw l-ewwel taqsima u wara biss hames minuti laqtu l-lasta fuq daqqa ta' ras ta' Ramon Schembri minn frikik ta' Kevin Fenech.
Imbaghad kien Roderick Mascena li darbtejn cahhad lil-Lions fuq tentattivi ta' Mario Debono izda fit-13-il minuta l-istess player b'xutt mill-isbah xehet gewwa fuq frikik ta' Kevin Fenech.
F'azzjoni ohra fid-19-il minuta, Naxxar kellhom xutt b'sahhtu ta' Adrian Fenech b'Mascena jsalva f'korner u fit-28 minuta kien Andrea Farrugia li minn tajba xehet ftit barra fuq kross ta' Debono.
Mal-hin kien hemm ir-reazjoni ta' Qrendi b'Adrian Muscat fl-40 minuta jonqos li jolqot il-ballun quddiem il-lasti avversarji biex fil-45 minuta, Naxxar hlew cans facli permezz ta' Mario Debono.
|