|
Naxxar ghamlu rimonta ferm tajba meta kienu zewg goals minn taht kontra it-tim ta' Santa Lucia li kellhom tliet players imkeccija lejn tmiem il-partita. Ghal Naxxar spikka Darren Falzon li kien strumentali fir-rebha taghhom bi tliet goals fit-tieni taqsima.
L-ewwel azzjoni tal-loghba waslet fit-13-il minuta meta kien Clayton Goodram li mar qrib ghal Santa Lucia b'daqqa ta' ras li ghaddiet ftit gholi. Naxxar rrispondew tliet minuti wara bi cross perikoluz ta' Mario Debono lejn Kurt Farrugia li wahdu quddiem il-lasta ma' laqatx. Fit-22 minuta kien Darren Falzon li rega tilef cans tajjeb ghal Naxxar meta bir-ras tefa' barra minn pozizjoni favorevoli. Izda fil-45 minuta, kienu Santa Lucia li fethu l-iskor b'xutt mill-isbah ta' Christian Camilleri spicca fir-rokna tax-xibka.
Meta kienu ghaddew biss tliet minuti mit-tieni taqsima, Santa Lucia skurjaw it-tieni goal taghhomo permezz ta' Shaun D'Amato li seraq ballun minn saqajn Ramon Schembri u wahdu quddiem David Vella ma zbaljax.
Naxxar naqsu d-distakk fil-51 minuta b'xutt sabih ta' Darren Falzon wara azzjoni personali tajba. Fis-70 minuta kien l-istess Darren Falzon li gab il-goal tad-draw ghal Naxxar b'xutt minn taht il-lasta. Zewg minuti wara, Santa Lucia tilfu lil Shawn D'Amato meta dan tkecca ghat-tieni karta safra. Naxxar regghu skurjaw fis-77 minuta premezz ta' Matthew Spiteri Gonzi b'xutt minn tarf il-kaxxa biex zewg minuti wara Santa Lucia kellhom lil Gaetano Farrugia mkecci wkoll ghat-tieni karta safra. Fit-93 minuta rega' kien Darren Falzon li skorja ghal Naxxar b'xutt iehor minn qrib il-lasta filwaqt li minuta wara Santa Lucia kellhom lil Dwain Carabott imkecci ghal foul ikrah.
Santa Lucia: D.Carabott, G.Farrugia, M.Agius, S.D'Amato, C.Camilleri, G.Grech, M.Caruana (B.Farrugia), C.Goodram (H.Friggieri), A.Sapiano, E.Dalli, J.Galea
Naxxar Lions: D.Vella, A.Catania, J.Agius, M.Spiteri Gonzi, K.Fenech, J.Zammit (T.Fenech), K.Farrugia (G.Camilleri), A.Fenech, M.Debono (G.Magri), R.Schembri, D.Falzon
|